search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: '   meta' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index    meta:


whereas    meta:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 343

 

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.   meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.   meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.   Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.   Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew

(b)

jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni;

(c)

jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.   Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 5

Ikklassifikar

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma parametri oħra.

2.   Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li bmod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti fli jiddeterminaw l-ikklassifikar u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, dwar il-magni tat-tiftix online ta dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

3.   meta l-parametri prinċipali jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar brimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali jew mill-utenti ta siti web korporattivi lill-fornitur rispettiv, dak il-fornitur għandu jistabbilixxi wkoll deskrizzjoni ta dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   meta fornitur ta magna tat-tiftix online jkun biddel l-ordni tal-ikklassifikar fkaż speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent ta siti web korporattivi jispezzjona l-kontenut tan-notifika.

5.   Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin, u jekk iva kif u sa liema punt:

(a)

il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(b)

ir-rilevanza ta dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(c)

fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta siti web korporattivi.

6.   meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, bċertezza raġonevoli, tirriżulta fli tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew issirilhom ħsara permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

7.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti fdan l-Artikolu permezz ta linji gwida.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra

1.   meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.


whereas









keyboard_arrow_down